Bl-emendi fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, Kap. 188, skont l-Att Nru. XXXVIII tal-2020 f’Awwissu 2020, id-dmirijiet u l-funzjonijiet tar-Regolatur għandhom x’jaqsmu mas-sorveljanza tal-proċess ta’ applikazzjoni għall-għoti taċ-ċittadinanza Maltija permezz ta’ naturalizzazzjoni:

  • a) għall-servizzi eċċezzjonali kif previst fir-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali tal-2020 skont l-Avviz Legali 437 tal-2020, u 
  • b) f’termini tal-programm ta’ investitur individwali kif previst fir-Regolamenti tal-2014 tal-Programm ta’ Investitur Individwali skont l-Avviz Legali 47 tal-2014 li kien fis-seħħ qabel il-publikazzjoni tar-Regolamenti dwar l-Għoti taċ-Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali 2020 (Avviz Legali 437 tal-2020) imsemmi hawn fuq
  • Billi jiġbor u janalizza dejta u informazzjoni relatati mad-diversi applikanti (u d-dipendenti tagħhom) għaċ-ċittadinanza Maltija f’termini tal-iskemi msemmija hawn fuq filwaqt li jiżgura li l-proċess tal-għoti taċ-ċittadinanza Maltija taħt skemi bħal dawn huma segwiti kif xieraq.
  • Madankollu mhux eskluz li r-Regolatur jiġi assenjat dmirjijiet oħra.  Filfatt, skont l-Artiklu 25(4) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, il-Prim Ministru jista’, skont ir-regolamenti, jassenja lir-Regolatur kull dmir jew funzjoni oħra relatata maċ-ċittadinanza.