FAQs

Iva. Primarjament hu responsabbli sabiex jikkompila rapport annwali​ fuq il-qadi tal-funzjonijiet tiegħu. Kopja ta’ dan ir-rapport annwali titpoġġa sussegwentement fuq il-Mejda tal-Kamra. Barra minn hekk, ir-Regolatur għandu l-poter illi jagħmel rapport lill-Ministru fuq kwalunkwe materja relatata mad-dmirijiet u l-funzjonijiet tiegħu kull meta jħoss li hekk ikun sewwa u xieraq.

Le. Artikolu 19 tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija jagħmilha ċara li d-deċiżjoni tal-Ministru ma tistax tkun soġġetta għal appell jew reviżjoni. Madankollu huwa pertinenti li nsemmu li l-Artikolu 25A tal-istess Att jipprovdi wkoll li r-Regolatur jista’ jinvestiga l-ilmenti. Għal aktar dettalji, tista tara s-Sezzjoni “ILMENTI” fuq dan il-portal, billi tikklikkja hawn

L-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija jagħmilha ċara li fil-qadi tad-dmirijiet u l-funzjonijiet tiegħu, ir-Regolatur għandu jaġixxi skont il-ġudizzju individwali tiegħu u ma jistax ikun soġġett għal direzzjoni jew kontroll ta’ xi persuna jew awtorità oħra.  Minkejja dan, hu jkun obbligat li jattendi l-Kumitat ta’ Monitoraġġ, kif stabbilit mill-Att dwar iċ-Ċittadinanza li huwa presjedut mill-Prim Ministru u li fih hemm ukoll il-Ministru responsabbli miċ-Ċittadinanza Maltija u l-Kap tal-Oppożizzjoni sabiex jirrapporta lejn il-Membri, jekk ikun mitlub.

F’dan ir-rigward huwa mportanti li nindikaw li l-Att dwar iċ-Ċittadinanza jagħmilha wkoll imperattiv li għandu jkun id-dmir tal-Agenzija fl-amministrazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għoti ta’ ċittadinanza b’naturalizzazzjoni għall-servizzi eċċezzjonali jew f’termini tal-Programm tal-Investitur Individwali jew kwalunkwe kwistjoni oħra li dwarha r-Regolatur huwa assenjat funzjonijiet taħt is-subartikolu 25(4) tal-Att imsemmi hawn fuq, biex jagħti lir-Regolatur tali dokumenti jew informazzjoni kif mitlub minnu bl-iskop li jippermettilu jaqdi l-funzjonijiet tiegħu.

Bl-emendi fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, Kap. 188, skont l-Att Nru. XXXVIII tal-2020 f’Awwissu 2020, id-dmirijiet u l-funzjonijiet tar-Regolatur għandhom x’jaqsmu mas-sorveljanza tal-proċess ta’ applikazzjoni għall-għoti taċ-ċittadinanza Maltija permezz ta’ naturalizzazzjoni:

  • a) għall-servizzi eċċezzjonali kif previst fir-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali tal-2020 skont l-Avviz Legali 437 tal-2020, u 
  • b) f’termini tal-programm ta’ investitur individwali kif previst fir-Regolamenti tal-2014 tal-Programm ta’ Investitur Individwali skont l-Avviz Legali 47 tal-2014 li kien fis-seħħ qabel il-publikazzjoni tar-Regolamenti dwar l-Għoti taċ-Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali 2020 (Avviz Legali 437 tal-2020) imsemmi hawn fuq
  • Billi jiġbor u janalizza dejta u informazzjoni relatati mad-diversi applikanti (u d-dipendenti tagħhom) għaċ-ċittadinanza Maltija f’termini tal-iskemi msemmija hawn fuq filwaqt li jiżgura li l-proċess tal-għoti taċ-ċittadinanza Maltija taħt skemi bħal dawn huma segwiti kif xieraq.
  • Madankollu mhux eskluz li r-Regolatur jiġi assenjat dmirjijiet oħra.  Filfatt, skont l-Artiklu 25(4) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, il-Prim Ministru jista’, skont ir-regolamenti, jassenja lir-Regolatur kull dmir jew funzjoni oħra relatata maċ-ċittadinanza.

Artiklu 25(1) tal-Att dwar iċĊittadinanza Maltija jgħid li meta r-Regolatur ma jkunx appuntat, l-Ombudsman għandu jaġixxi ex officio bħala Regolatur.​