Il-MISSJONI TAGĦNA

Id-dmirijiet u l-funzjonijiet tar-Regolatur, Għoti ta ’Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali u dawk tal-Uffiċċju tiegħu huma mnaqqxa fl-Artikoli 25, 25A u 25B tal-Kap. 188 tal-Liġijiet ta’ Malta. Għalhekk l-Uffiċċju tar-Regolatur għandu jiżgura li l-proċess għall-Għoti ta ’Ċittadinanza Maltija b’Naturalizzazzjoni għal Servizzi Eċċezzjonali, jew skont il-Programm ta ’Investitur Individwali, kif provdut fir-Regolamenti relattivi, jiġi segwit b’ integrata u bl-ogħla standards etiċi b’ mod responsabbli, u li l-ispirtu intrinsiku wara d-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti jiġi segwit u mħares strettament. Barra minn hekk, l-Uffiċċju tar-Regolatur jista’ wkoll jinvestiga ilmenti rċevuti minn applikanti dwar il-proċess li sar matul il-valutazzjoni ta’ eligibilità li jkun wassal għar-rifjut tat-talba għall-ċittadinanza Maltija, jew dwar rifjut mill-Ministru ta’ applikazzjonijiet f’termini tal-Programm ta’ Investitur Individwali, li issa huwa programm magħluq.

Fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu kif imsemmija hawn fuq, ir-Regolatur għandu jaġixxi fil-ġudizzju personali tiegħu u m’għandux ikun soġġett għad-direzzjoni jew kontroll ta’ xi persuna jew awtorità oħra.