Artiklu 25A tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija Kap jipprovdi li r-Regolatur jista’ wkoll jinvestiga lmenti riċevuti fil-forma preskritta​, mill-applikant jew mill-aġent tiegħu – kif imfisser fir-Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Aġenti tal-Kummerċ, skont l-Avviż Legali 435 tal-2020 – f’isem l-applikant imsemmi, dwaril-proċess li sar matul il-valutazzjoni ta’ eliġibilità, li wasslet għar-rifjut tiegħu bil-mod preskritt taħt dan l-Att, liema konkluzjonijiet ir-Regolatur għandu jippreżenta lill-Ministru, għal kwalunkwe deċizjoni li dan tal-aħħar jixtieq jieħu fiċ-ċirkostanżi ta’ kull każ. Essenzjalment, dan l-Artikolu fl-Att jagħti s-setgħa lir-Regolatur biex iwettaq l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa li jidhirlu xierqa sabiex jistabbilixxi jekk il-proċess imwettaq mill-Aġenzija fdati mill-Gvern bl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet kienx ġust, korrett u totalment konformi mad-disposizzjonijiet tar-Regolamenti relattivi u d-dmirijiet intrinsiċi li jaqgħu fuq din l-Agenzija f’dan ir-rigward.

Talbiet għar-revizjoni mir-Regolatur jistgħu jsiru wkoll b’konformita mal-istess skop u prinċipju kif imsemmi hawn fuq u skont il-poċeduri mssemmija hawn fuq f’kaz ta’ rifjut milll-Ministru fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-ċittadinanza Maltija sottomessi fil-Programm ta’ Investitur Individwali. F’dan il-każ:-

(a) it-talbiet m’għandhomx għalfejn isiru fuq xi formola partikolari, u

(b) fl-aħħar tar-revizjoni r-Regolatur jista’ jittrasmetti d-deċizjoni finali tiegħu lill-applikant jew l-Aġent tiegħu, skont kif ikun il-kaz, mingħajr il-ħtieġa li jippreżenta l-konklużjonijiet tiegħu lill-Ministru, sakemm ir-Regolatur ma jsibx lilu nnifsu f’nuqqas ta’ qbil mal-AMPII/AKM dwar ir-rakkomandazzjonjiet negattivi li kienu saru minn dawn tal-aħħar lill-Ministru, f’liema każ ir-Regolatur għandu jippreżenta il-konkluzjonijiet tiegħu lill-Ministru għal kwalunkwe deċizjoni li dan tal-aħħar ikun jixtieq jieħu fid-dawl ta’ dawn il-konklużjonijiet.

Kull forma ta’ lment jew talba għal reviżjoni f’kull waħda mill-manjieri msemmija fi kwalunkwe paragrafu ta’ qabel dan riċevuti mir-Regolatur wara li jgħaddu 180 jum mid-data tal-komunikazzjoni bil-miktub lill-applikant (jew l-agent tiegħu) tar-rifjut tal-Ministru m’għandux ikun milqugħ mir-Regolatur.